Listen live


Watch live


Facebook


Schedule  


Podcasts 

 
       

Welcome to Radju Leħen il-Belt Victoria - 104FM Stereo

 

.

 


Messaġġ mill-Arċipriet

Nixtieq insellem lill-kollaboraturi kollha ta’ l-istazzjon Leħen il-Belt Victoria u lilkom ilkoll is-semmiegħa tagħna, kemm dawk li jisimgħuna minn fuq ir-radju u kemm dawk li jsegwuna mill-internet. Merħba bikom ilkoll u grazzi. Għadna bżonn ta’ xulxin…

Permezz tar-radju Leħen il-Belt Victoria l-komunità ta’ San Ġorġ twassal il-leħen tagħha lilkom ilkoll ħalli titgħallmu tagħrfu aħjar lil Kristu, waqt li tisimgħu l-Kelma tal-Papa u ta’ l-Isqof tagħna, biex hekk inħobbu l-Knisja u l-komunità li tagħha aħna membri. Dan jgħodd kemm għal min jgħix fuq il-gżira tagħna u kemm għal dawk li jgħixu barra minn Malta. Kif jgħallimna l-papa Benedittu XVI il-ħajja Kristjana mibnija fuq il-Vanġelu m’hijiex biss “għarfien ta’ ħwejjeġ li jistgħu jiġu mifhuma, imma hi aħbar li twassal għall-għemil u tibdel il-ħajja” (Spe salvi 2).

Permezz tar-radju l-parroċċa ddaħħal ħafna individwi f’relazzjoni ma’ xulxin, b’ħafna modi, speċjalment permezz tal-kelma… il-kelma li b’xi mod hi maħluqa fuq is-sura u x-xbieha tal-“Verb” etern ta’ Alla, li fih kollox ġie maħluq b’mod ħieles u fl-imħabba. Dan il-Verb ma baqax waħdu iżda “sar bniedem u għammar fostna” (Ġw 1:14), u fl-imħabba tiegħu, murija u mogħtija lilna fi Kristu, jistieden lill-bnedmin jidħlu f’relazzjoni miegħu u bejniethom b’mod ġdid.

Ejjew insostnu r-radju tagħna, ħalli nkunu kapaċi nwieġbu għall-eżortazzjoni ta’ San Pawl: “Xandar il-Kelma, insisti f’waqtu u barra minn waqtu” (2 Tim 4:2), u nwettqu l-missjoni fdata lilna minn Kristu: li nxandru lill-ġnus kollha l-Bxara t-Tajba (ara Mt 28:19). Dan ix-xogħol li jitlob paċenzja hekk kbira, jum wara l-ieħor, siegħa wara l-oħra, hu l-mod li bih aħna nissieħbu fil-missjoni appostolika tal-Knisja.

Nitolbu l-interċessjoni tal-patrun u ħarries tagħna, San Ġorġ, f’din il-missjoni hekk kbira. Grazzi mill-qalb lill-kollaboraturi ta’ Leħen il-Belt Victoria. U grazzi lilkom li ssegwuna b’tant fedeltà.

Il-Mulej iberikkom ilkoll.

Mons. Joseph Curmi
Arċipriet

Email:
archprieststgeorge@gmail.com

 

© Radju Leħen il-Belt Victoria

All Rights Reserved.